Residenti li jgħixu fil-belt Russa ta’ Severodvinsk qed jiġu mħeġġa jibqgħu ġewwa wara li jumejn ilu seħħet splużjoni f’sit fejn kienet qed tiġi ttestjata missila nukleari ġdida. Filwaqt li l-unika informazzjoni uffiċjali li ħarġet kienet li seħħ inċident ir-residenti ingħatawlhom pinnoli tal-Iondine minħabba li setgħu kienu esposti għal xi livelli għoljin ta’ radjazzjoni. Din il-mediċina tintuża sabiex timplokka l-glandola tat-thyroid milli tassorbi raġġi perikolużi.
Rapporti fil-midja u fuq is-siti soċjali qed jgħidu li f’dan l-inċident mietu żewġ persuni filwaqt li kien hemm min tal-inqas 6 oħra li ndarbu f’dan l-inċident li wassal għall-għeluq ta’ dan is-sit li sploda. Filmati li qed jiċċirkolaw fis-siti soċjali wrew numru ta’ ambulanzi ssiġillati bil-plastic għadejjin jinstaqu skortati f’Moska mill-Pulizija u armata Russa.