Aġġornat: Il-Kumitat Nazzjonali kontra t-terroriżmu fir-Russja qal li nstab splussiv ieħor fi stazzjon tal-ferrovija differenti minn dak li fih diġà saret l-isplużjoni.
Aktar Kmieni: Qed ikun irrapportat li splużjoni fi stazzjoni tal-ferrovija fil-belt ta’ San Pietruburgu, fir-Russja, ħalliet numru ta’ vittmi. Skont il-Kumitat Nazzjonali kontra t-terroriżmu fir-Russja disà persuni tilfu ħajjithom u aktar minn 20 persuna sfaw midruba.
Media internazzjonali qed tirrapporta kif fil-metro ta’ Sennaya Ploshchad instemgħet splużjoni u li ritratti fuq il-midja soċjali qed juru ferrovija bil-bibien sploduti u ħsara fuq ġewwa. Il-midja Russa qalet li l-President Russu Vladimir Putin huwa mgħarraf b’dak li seħħ. Il-kawża tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa u aġenziji tal-aħbarijiet Russi qed jgħidu li seta’ kien hemm żewġ splużjonijiet u mhux waħda.