Minn tal-inqas persuna nqatlet u erba’ oħra huma rrappurtati nieqsa wara splużjoni f’impjant tal-kimika fil-Ġermanja.
Uffiċjali fil-belt ta’ Leverkusen qalu li sittax-il persuna ndarbu fl-isplużjoni, li wasslet ukoll għal nirien li ħadu diversi sigħat biex jintfew.
Il-Pulizija qalu lir-residenti jibqgħu ġewwa u jagħlqu t-twieqi u l-bibien minħabba d-duħħan kbir li kien hemm fl-inħawi.
Il-kawża tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa.
Bħalissa għaddejjin it-tfittxijiet għal dawk irrappurtati nieqsa. Il-vittmi kollha huma ħaddiema fl-impjant.