Spluzjoni li qerdet bini ġewwa Wuppertal fil-Ġermanja tħalli 25 persuna midruba, 4 minnhom serjament.
Din l-ispluzjoni fil-binja seħħet ftit qabel nofsilejl u ħalliet partijiet mill-istruttura taqbad. Konsegwenza ta’ dan, hemm ħofra kbira fejn kien hemm il-binja bid-djar ta’ mal-ġenb f’periklu li jikollassaw jew karozzi jitkissru.
L-investigazzjoni li tidetermina l-kawża tal-isplużjoni għadha għaddejja.