Spluzjoni ta’ fabbrika fil-Belt Ningbo fiċ-Ċina ħalliet tletin persuna feruta u minn tal-inqas tnejn mejta. L-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tat-8:55 iċċatjat numru ta’ bini ieħor u kkawżat danni kbar f’postijiet li jinsabu kilometru l-bogħod.
Bħalissa fuq il-post qed issir ħidma intensiva sabiex ifittxu lin-nies maqbuda qalb it-tifrik imma skond il-media internazzjonali l-bini ta’ ħdejn il-fabbrika kien abbandunat.
Il-kawża tal-isplużjoni għadha mhux magħrufa.