Ħaddiem ta’ 34 sena, residenti Ħal Lija, qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fil-fabbrika Chemi Pharm f’Ħal Far.
Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li waqt li kien qiegħed isir xi xogħol ta’ manutenzjoni f’area partikolari fl-imsemmija fabbrika, għal xi raġuni, spara valve li minnu ħareġ xi fwar bil-konsegwenza li ħaddiem ta’ 34 sena, residenti Ħal Lija, safa ferut.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.