Erba’ persuni tilfu ħajjithom wara splużjoni barra bini tal-Qorti fil-belt ta’ Iżmir fit-Turkija.
Rapporti fil-mezzi tax-xandir internazzjonali qalu li l-allegat żewġ aggressuri nqatlu filwaqt li persuna ċivili u pulizija wkoll tilfu ħajjithom.
Għaxar persuni oħra ndarbu bl-isplużjoni li saret permezz ta’ karozza bomba.
Intqal ukoll li t-tielet persuna wara dan l-attakk għadu ma nqabadx u l-isplużjoni saret eżatt fejn l-entratura minn fejn jgħaddu l-ġudikanti u l-prosekuturi.
Fl-aħħar xhur, it-Turkija ntlaqtet minn mewġa t’attakki.
Mal-bidu tas-sena, attakk terorristiku ħasad il-ħajja ta’ disgħa u tletin persuna fi stabbiliment f’Istanbul, bil-President Tork Recep Tayyip Erdogan jgħid li dawn l-attakki qed jippruvaw joħolqu tensjoni fil-pajjiż.