Minn informazzjoni li għandna, dak li tpoġġietlu bomba irritorna mis-safar matul il-lejl ta’ qabel mill-Isvezja, fejn mar ma’ ħbieb tiegħu jaraw tiġrijiet taż-żwiemel.
AKTAR KMIENI
L-ewwel indikazzjonijiet mill-investigazzjoni dwar l-isplużjoni fil-Marsa lbieraħ juru li l-isplussiv tħaddem b’sistema ta’ mobile.
Ikkonfermaw dan ma’ one.com.mt persuni qrib l-investigazzjoni tal-pulizija li kkonfermaw kif ir-raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Qormi huwa burdnar u li t-teżi li qed jimxu fuqha hi li l-isplużjoni kienet maħsuba għalih. Il-burdnar kien operat tul il-lejl u sa issa għadu fil-periklu tal-mewt.
Ir-raġel ta’ 45 sena residenti n-Naxxar huwa negozjant tal-ħut u sofra biss ġrieħi ħfief.
L-istarriġ tal-pulizija qed jitmexxa minn Keith Arnaud mit-taqsima tal-investigazzjonijiet kriminali u Robert Said Sarreo mid-distrett. Il-Maġistrat Joe Mifsud qed imexxi l-inkjesta u ħatar diversi esperti li tul il-lejl baqgħu għaddejin bl-istħarriġ tagħhom.