Waqt il-programm Pjazza fuq dan l-istazzjon, it-Tabib u Deputat Laburista, Michael Farrugia, irrefera għall-mod kif il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech iżżufjetta bil-fatt li Andrea Prudente ġiet għal btala f’Malta waqt li kienet tqila.
Huwa spjega li mara li jkollha madwar ħmistax-il ġimgħa tqala, fil-fatt, tista’ ssiefer. Huwa żied jgħid li l-professjonisti mediċi jirrikomandaw lil nisa tqal biex ma jsifrux biss lejn l-aħħar ftit ġimgħat tat-tqala.
It-tabib Farrugia nnota l-inkonsistenzi tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar l-emenda u qal li jaqblu biss fuq ħaġa waħda: il-gidba li b’din l-emenda se jidħol l-abort liberu.
It-tabib Farrugia ta eżempji ta’ każijiet realistiċi li jirrelataw mas-saħħa tal-omm matul it-tqala.