L-effett tal-imxija tal-Coronavirus affettwa mhux biss lil kbar iżda anki lil dawk l-aktar ċkejknin.
It-tfal li s-soltu jkunu mimlija bl-enerġija, jiġru barra issa kellhom jidraw rutina ġdida magħluqin fid-djar mal-għeżież tagħhom.
Il-psikologa u t-terapsita tal-familja Roberta Farrugia Debono qalet li t-tfal jistennew spjegazzjoni mill-ġenituri dwar dak li qed jiġri għax huwa d-dritt tagħhom li jkunu jafu biex tonqos il-biża’.
Hija spjega: “Għandek tibda milli tara x jafu t-tfal sa issa. Għalxiex jaħsbu li mhux imorru skola, nanniet. Saqsihom x qegħdin jifmhu bħalissa.”
Spjegat li l-fatt li t-tfal qed jikkomunikaw man-nanniet u l-għalliema tagħhom b’mod virtwali iwassalhom ukoll biex isaqsu iżjed mistoqsijiet.
Il-psikologa qalet għandna nħallu lit-tfal jesprimu ħsibijiethom.
Hija sostniet: Inħallu lit-tfal jgħidulna fuq xiex qegħdin jinkwietaw mhux ngħidulhom toqogħdux taħsbu hekk.”
Farrugia Debono spjegat li għandna nispjegaw il-miżuri li qed jittieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa fl-interess tat-tfal ukoll.
Hija kompliet tispjega: “Tajjeb nispjegaw lit-tfal li qegħdin jittieħdu l-mizuri biex it-tfal ma jimirdux u jekk jimirdu ngħinuhom ifiequ. Nispjegaw li dawn huma mizuri ta’ safety.”
Fuq kollox, il-psikologa u t-terapista tal-familja aċċennat li l-adulti għandhom imexxu bl-eżempju u jkunu ta’ mudell għat-tfal.