Fl-ewwel jum tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, Vanessa Frazier, spjegat il-prijoritajiet ta’ pajjiżna f’dan ix-xahar tal-Presidenza.
Hija ppreżentat dawn il-prijoritajiet waqt konferenza tal-aħbarijiet mal-ġurnalisti fil-bini tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-Rappreżentanta Permanenti ta’ Frazier semmiet li l-prijoritajiet ta’ Malta huma t-tfal f’kunflitti armati, l-irwol tan-nisa sabiex ikun hawn il-paċi u s-sigurtà, il-klima u l-ibħra, u anki l-litteriżmu.
Vanessa Frazier qalet li l-messaġġ ta’ Malta f’dan iż-żmien storiku huwa wieħed favur il-paċi u sigurà madwar id-dinja, anki fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna.