Il-Pulizija f’Windsor, l-Ingilterra, qalu li kellhom japplikaw għal fondi żejda biex ikunu jistgħu ikopru s-somma ta’ £2miljun għal serviżżi ta’ sigurtà għaż-żewġ tiġijiet Irjali ta’ din is-sena. Ħames xhur wara ż-żwieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle fil-kastell ta’ Windsor, il-Prinċipessa Eugenie mistennija tiżżewweġ lil Jack Brooksbank iktar tard din il-ġimgħa.
Thames Valley Police se jkunu responsabbli għall-operazzjoni ta’ sigurtà waqt it-tieni tieġ irjali ta’ din is-sena li se jsir ħames xhur biss wara ċ-ċerimonja tant mistennija tad-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex. F’kummenti lil Sky News, kelliem għal Thames Valley Police qal li l-operazzjoni ta’ sigurtà waqt dan it-tieġ kienet waħda mimlija sfidi minħabba l-organizzazzjonijiet kollha nvoluti. Qal ukoll li sa issa il-ħlas għas-servizz għadu mhux iffinalizzat.