Aktar kmieni din is-sena, fl-Olanda kien hemm l-arrest ta’ żewġt irġiel Russi – suspettati li kienu qed jispijjaw fuq laboratorju Svizzeru li kien qed jinvestiga l-ivvelenar tal-ispija Russu Sergei Skripal. Dan il-laboratorju kien qed jistudja dwar is-suspettati armi kimiċi mis-Sirja.Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ordna li jkomplu jiżdiedu t-tariffi li jistgħu ilaħħqu mal-25% fuq importazzjonijiet miċ-Ċina. Dawn it-tariffi mistennija li japplikaw fuq oġġetti bħal apparat elettroniku, basktijiet kif ukoll affarijiet li jintużaw ta’ kuljum- liema total jlaħħaq mal-mitejn biljun dollaru. Sa issa għadu mhux stabbilit meta dawn it-tariffi fit-taxxa ser jidħlu fis-seħħ.
L-istati ta’ Karolina- kemm it-tramuntana u n-nofsinhar kif ukoll Virginia huma f’riskju li jaffaċjaw għargħar li jaf iġib miegħu periklu fuq ħajjet in-nies kawża tal-maltemp Florence. Minkejja li l-qawwa ta’ Florence nizel minn wieħed ta’ Urugan għal dik ta’ maltempata, ix-xita qliel qed tikkawza diversi ħsarat fis-siġar u d-djar. Sa issa tilfu ħajjiethom ħames persuni u hemm eluf ta’ persuni li qed jirresjedu f’xelters tal-emerġenza.