Mekkanik tal-karozzi ttella’ l-Qorti mill-eks kunjatu tiegħu wara li ntalab jirritorna xi għodda mislufa lilu.
Fil-Qorti ġie spjegat li l-eks kunjatu kien sellef xi ‘parts’, għodda, użu ta’ garaxx u karozza lir-raġel ta’ bintu iżda meta dawn kienu qed jisseparaw, l-eks kunjatu talab l-affarijiet lura.
Intqal ukoll li l-mekkanik kien aċċetta li jirritorna lura affarijiet li baqgħu fuq l-ixkaffa iżda dawk il-‘parts’ li laħqu twaħħlu mal-karozzi ma setgħux jiġu ritornati.
Filfatt marixall tal-Qorti kien ikkonfiska l-oġġetti li baqgħu fuq l-ixkaffa u l-Qorti ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff aċċettat li dawn l-oġġetti għandu jieħodhom lura l-eks kunjatu iżda m’aċċettatx it-talba għal kumpens ta’ danni li seta’ kien hemm.
Dan għaliex skont il-Qorti iż-żewġt’irġiel kienu jħalltu u jaqsmu u wħud mill-affarijiet jistgħu jiġu meqjusa bħala donazzjoni.