Terry Robinson li kien vittma ta’ 36 daqqa’ ta’ sikkina spiċċa jgħix f’parti żgħira ta’ South Shields wara li, l-ġar tiegħu li kien ir-raġel li darbu ħareġ mill-ħabs.
Il-vittma qed jibża jgħix wara li rċieva ittra minn għand is-servizzi tal-probation li tispjega li r-raġel li darab lil Robinson, Dean Marshall, ħareġ mill-ħabs biex jattendi sezzjonijiet ta’ rijabilitazzjoni.
Robinson li għandu 60 sena stqarr li huwa sar priġunier f’daru stess u ngħata l-parir li ma jibqax jgħix fl-istess żona tar-raġel meħlus li darbu.
Huwa qal: “Din mhux ġustizzja. Issa li naf li qed jerġa’ jdur fit-toroq tar-Renju Unit qed nibża noħroġ fit-triq.”
Il-vittma spjega li hu jista’ jgħix biss f’parti żgħira minn South Shields hekk kif il-ġar tiegħu ma jistax jidħol f’din iż-żona, iżda jista’ jdur fir-Renju Unit, l-Irlanda, l-Iskozja u f’Wales. Għalhekk il-vittma spiċċa jgħix f’biċċa żgħira tal-pajjiż filwaqt li l-akkużat qed jgħix ħajja libera.
Ir-raġel stqarr li wara dan il-każ huwa baqa’ jbagħti minn anzjetà u stress filwaqt li jsiba diffiċli biex jorqod.
Kelliem għall-ħabs qal li l-prijorità tagħhom tibqa’ il-protezzjoni tal-pubbliku. Huwa spjega li applikazzjonijiet għal rijabilitazzjoni jistgħu jsiru biss minn professjonisti mediċi u l-analiżi tar-riskju ssir mill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Ġustizzja.