F’konferenza tal-aħbarijiet oħra tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-ġurnalisti minn midja differenti reġgħu staqsew għaliex qed jirrifjuta li jimpenja ruħu li jerfa’ r-responsabbiltà politika u jirriżenja jekk jinstab li dwar il-kumpanija Egrant gideb.
Hu kien mistoqsi dwar dan l-għada li mal-maltatoday l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, iddikjara li hu rrelevanti jekk il-kumpanija Egrant hix tal-Prim Ministru jew martu.
Biex toħroġ il-verità, il-Prim Ministru Joseph Muscat, talab inkjesta maġisterjali u qal li hu jerfa’ r-responsabbilta politika. Iżda Simon Busuttil din l-isfida ma jridx jilqagħha.
Mhux kuntenti b’din ir-risposta, il-ġurnalisti komplew jistaqsu. Fakkruh li dwar din l-allegazzjoni, ħareġ lin-nies jipprotestaw.
Iżda Simon Busuttil ma riedx jaf.