L-aġenzija tal-Gvern, Infrastruttura Malta, għaddejja bi spezzjonijiet u tindif tas-sistemi tal-ġbir tal-ilma tax-xita madwar il-pajjiż, bi preparazzjoni għax-xitwa.
Qabel ma tibda traxxax sew, ma’ ONE News, il-Perit Raphael Abdilla qal li dan l-intervent qed isir f’żoni baxxi fejn hemm riskju akbar ta’ għargħar.
“Bażikament it-toroq kollha li bnejna għandhom sistema ta’pajpijiet biex l-ilma li jinġabar u jgħaddi minnhom sakemm jasal fil-bjar. Hemm bjar li wkoll jaħżnu l-ilma tax-xita li jkun tnaddaf, imma biex ikunu jistgħu jaħdmu s-sistemi jridu jkunu nodfa. Għaddejj b’eżerċizzju fejn tul il-lejl qed induru t-toroq li fihom nafu li jkun hemm l-għargħar biex naraw li s-sistemi huma nodfa.”
Hawn spjega wkoll il-proċess ta’ tindif fiex jikkonsisti.
“It-tindif jinvolvi tliet eżerċizzji. L-ewwel tnaddaf iż-żona fejn jinġema l-ilma, fejn ħafna drabi timtela’ wkoll b’weraq u trabijiet li jkunu għaddejjin minnha. Għandek ukoll dak li jkun diġà nġema’ fil-pajipijiet u allura jitnadaf b’sistema ta’ pressure bowsers li jgħaddu l-ilma bi pressa biex iġorr il-materjal u jinġabar mit-toqba li jmiss.it-tielet ħaġa li qed issir anke fil-proġett tas-Central Link huwa s-CCTV biex inkunu nafu eżatt x’hemm fil-pajp.”
Tul l-aħħar ġimgħat l-ispezzjonijiet u t-tindif saru fi żoni bħal Baħar iċ-Ċagħaq, Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ u l-inħawi ta’ Triq Sant’ Andrija fis-Swieqi fost oħrajn. Ingibu mill-pics saved
Magħna l-Perit Abdilla qal ukoll li dawn l-eżerċizzji mhux se jkunu ta’ darba biss.
“L-għan hu li jitlestew fl-iqsar żmien possibbli. L-eżerċizzju ilu li beda ftit ġimgħat u issa wasal biex jitlesta. Mhux sistema li se titnaddaf darba biss, huwa eżerċizzju li se jiġi ripetut tul iż-żmien biex inkunu ċerti li s-sistemi qed jaħdmu.”