Matul il-lejl li għadda fit-toroq Maltin f’diversi lokalitajiet kienu spezzjonati madwar 350 vettura mill-membri tas-sezzjoni tat-traffiku flimkien mal-pulizija mis-sezzjoni tal-klieb.
Dan waqt kontrolli li saru fosthom fl-inħawi ta’ Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, il-Marsa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, San Ġiljan u tas-Sliema.
F’dawn il-kontrolli ġew imħarrka u mwaqqfa diversi persuni minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku li jinkludu sewqan mingħajr liċenzja valida, sewqan mingħajr polza tal-assigurazzjoni, sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà u liċenzja tal-vettura mhux valida, fost diversi ksur ta’ regolamenti oħra.