L-Ispettur Sandro Camilleri tkellem dwar il-każ ta’ Emanuel Camilleri, li nħeles mill-ħabs wara li nstab li l-akkużi li kien abbuża minn bintu kienu foloz.
L-ispettur qal li waqt li nvestiga l-każ biex ifittex is-sewwa, fizzjali tal-korp daru kontra tiegħu, sab bsaten fir-roti mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u żied li fil-qorti spiċċa qisu ‘ping pong’ idur u jgħaqqad bl-addoċċ.
Il-każ li ddomina l-midja Maltija għal ħafna snin u fl-aħħar jiem reġa’ kien fl-aħbarijiet, għaliex Emanuel Camilleri għadu fuq il-ktieb il-lista tal-pedofeli. Jirriżulta li biex jitneħħa minn hemm, irid iġibha żewġ f’każi li għaddejin bħalissa.
Meta rrifletta dwar dan l-Ispettur Camilleri qal li dan huwa każ li qatt ma kien hawn bħalu fl-istorja ta’ Malta.
“Ħadt il-prosit tafux għax għamluli ħajti miżerja biex irnexxieli noħroġ bniedem allegatament innoċenti,” qal l-ispettur li fisser kif Emanuel Camilleri inħareġ b’ordni tal-qorti kostituzzjonali.
“Jekk naqbad intaqtaq ma’ nieqafx u għadna f’baħar beraħ u l-Mulej irid iżomm idejh fuqna,” qal l-Ispettur li ddeiskriva l-martirju li għaddej minnu Emanuel Camilleri.