Se jkun tmien tas-sena differenti fil-Belt Valletta hekk kif jgħaddu t-tokki ta’ tmiem is-sena u tidħol is-sena l-ġdida fejn il-Belt Valletta se ssir il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Sabiex jimmarkaw dan l-mument uniku għal pajjiżna, l-Gvern flimkien mal-Awtorita Maltija għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali tal-Belt raw li ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena jkunu akbar minn qatt qabel.
Fuq il-palk prinċipali fi pjazza San Ġorġ se jkun hemm serata minn diversi artisti lokali u internazzjonali. Din is-serata se tkun ppreżentata mill-kantanta Corazon Mizzi u mill-preżentatur Owen Bonnici. Fit-toroq ewlenin tal-Belt se jkun hemm numru ta’ street performers li se jkunu qed iżidu mal-atmosfera festiva fil-Belt.
Minkejja bosta elementi ġodda l-proġettazzjoni tradizzjonali mal-bini tal-palazz se tkun qed twassal għal-tmiem ta’ sena u bidu ta oħra.
Din is-serata se tkun qed tikkumplimenta wkoll id-dekorazzjonijiet ġodda li twaħħlu din is-sena fosthom koppla kbira quddiem il-bini tal-Qorti.