Pajjiżna laqa’ s-sena l-ġdida b’mod differenti. Dan hekk kif filwaqt li l-pubbliku ma setax jingħaqad fi pjazza waħda sabiex jiċċelebra flimkien, din is-sena seta’ jingħaqad isegwi spettaklu televiżiv li xxandar fuq tliet stazzjonijiet ewlenin f’pajjiżna, inkluż l-istazzjon ONE.
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali tellgħu spettaklu varjat u mżewwaq bl-aqwa talenti lokali u internazzjonali sellem lis-sena 2020 u ta merħba lis-sena l-ġdida. Fost l-oħrajn, ingħata spettaklu mill-Palace String Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Ryan Paul Abela u biċ-ċajt tal-atturi magħrufa għall-programm satiriku ‘Min Imissu’.
Mat-talent lokali ngħaqdu wkoll is-semifinalisti ta’ Britain’s Got Talent l-Ember Trio. L-ispettaklu sar bis-sbuħija ta’ postijiet ikoniċi fil-Belt Valletta fl-isfond.
Fil-fatt l-ispettaklu ttella’ mill-Forti Sant Iermu.