Mijiet ta’ persuni lbieraħ tpaxxew b’spettaklu mill-isbaħ li offriet in-natura permezz tad-Dmugħ ta’ San Lawrenz. Kienu bosta li flimkien mal-familja u ħbieb marru post għal kwiet u li hu nieqes mid-dawl artifiċjali, bħall-Imtaħleb u kif ukoll Ħad-Dingli, biex jaraw stilel feġġejja jixgħelu s-sema permezz ta’ trejqiet tad-dawl li jħallu warajhom fis-sema.
X’ikun id-Dmugħ ta’ San Lawrenz?
Qatt ħarist lejn is-sema’ f’xi lejla f’Awwissu u rajt bħal denb jiddi li jisparixxi wara ftit sekondi? “Aħna biss studenti tax-xjenza kemmxejn kurjużi li nixtiequ naqsmu l-entużjażmu u l-imħabba li għandna lejn ix-xjenza mal-pubbliku,” qalilna Neil Cutajar, Leisure Officer fi ħdan l-għaqda studenteska S-Cubed. Żewġ għaqdiet ta’ studenti universitarji Science students’ Society (S-cubed) u Earth Systems Asso
Dan huwa l-iktar fenomenu ta’ dan it-tip li huwa magħruf minħabba ir-rata għolja ta’ meteoriti li jistgħu jigu osservati (madwar 80 fis-siegħa). Il-perseids huma msejjħa hekk minħabba li jidhru l-iktar fid-direzzjoni tal-konsetallazzjoni Perseus, l-eroj tal-mitoloġija Griega qabel Hercules, li qatel lill-Medusa, it-tifel tal-mortali Danaë u l-alla Grieg Zeus. Il-Konstellazjoni Perseus hija assocjata ma’ din il-“Meteor shower” minħabba dan jidher l-aktar lejn din il-kostellazjoni li normalment tidher fil-Grigal tas-sema.
Meta jkun hemm id-dmugħ ta’ San Lawrenz u tħares lejn is-sema wieħed jkun jista; jara punti ikkonċentrati ta’ dawl li jimxu minn punt għall-ieħor tas-sema li xi kultant tħalli fdalijiet warajha, li jisparixxu wara ftit sekondi. Il- “Perseid meteor shower” hija magħmula minn fdalijiet ta’ materjal spazjali li jagħmlu parti mit–trap li tħalli warajha il–kometa ‘swift- tuttle’.
Din il-kometa għandha dijametru ta’ madwar 26 kilometru. Dan jfisser li meta wieħed jara meteorita fil-verita jkun qed jara biċċa żghira minn kometa tinħaraq fl-atmosfera b’veloċita ta’ madwar 59 kilometru fis-siegħa. Kwazi il-meteoriti kollha ta’ dan it-tip ma jilħqux il-wiċċ tad-dinja iżda jinħarqu u jidiżintegraw kompletament!
Il-lejl bejn it–12 u it-13 ta’ Awissu huwa l-aħjar żmien biex wieħed igawdi dan il-fenomenu minħabba li d-dinja ser tgħaddi mil-iktar parti densa tal-fdalijiet tal–kometa ‘swift-tuttle’. Il-
L-aħjar postijiet fejn wieħed jista jgawdi dan il-fenomenu huma postijiet imwarrbin fejn hemm l-inqas tniggiż vizżv. Postijiet bħall-Ħad-Dingli, iż–Żurrieq, il-Mellieħa u Marsaxlokk huma ideali.