Tnediet is-sittax il-edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar. Spettaklu ta’ piroteknika se jingħata fi tliet lokalitajiet differenti madwar il-gżejjer Maltin: Ix-Xagħra, Marsaxlokk u l-Belt Valletta.
F’konferenza tal-aħbarijiet tħabbar li dan il-festival se jkun qed isir bejn it-22 u t-30 ta’ April. F’din l-edizzjoni se jieħdu sehem sitt kumpaniji pirotekniċi u l-gran finale se tkun qed issir minn Pyromotions u l-kamra tan-nar St Mary Fireworks ta’ Ħal Għaxaq. Bl-aħħar spettaklu huwa mistenni li jkun wieħed mill-isbaħ, b’nar sinkronizzat mad-daqqa tal-mużika.
Preżenti għat-tnedija kien hemm il-Ministru Edward Zammit Lewis u Anton Refalo flimkien maċ-chairman tal-Awtoritá tat-turiżmu, Gavin Gulia u c-chairperson tal-kumitat tan-nar Godfrey Farrugia.