Bejn is-17 u l-20 ta’ Awwwisu se jsir l-avveniment ‘Malta & Gozo Local Clubs United in Combat Sports’. Madwar 15 -il klabb lokali se jieħdu sehem fi Pjazza Tritoni il-Belt Valletta u se jingħaqdu f’attivita’ sportiva ibbażata fuq erba’ t’ijiem ta’ Combat Sport kontinwu. Kuljum se jkun hemm attivitajiet għaddejja bejn is-7pm u l-11pm.
L-avveniment se jkun marbut mal-Pinta Beer Festival li se jkun qed jiġi imtella’ fl-istess post.
Diversi klabbs se juru l-ħiliet tagħhom fuq ir-ring bis-sehem ta’ l-aqwa atleti f’dan l-isport fosthom Brandon Borġ u Dione Galea. Se jkun hemm id-dixxiplini tal-Kickboxing, Boxing, MMA, Karate, Muay Thai u K1.
L-aveniment jinkludi bosta exhibition bouts bl-udjenza preżenti se jkollha ċ-ċans issir taf aktar dwar dawn id-dixxiplini.
Il-‘Malta and Gozo Clubs United in Combat Sports’ jixtiequ jirringrazjaw lill-organizzaturi ta’ Pinta Beer Festival ta’ din l-opportunita’.
It-timijiet li se jieħdu sehem huma:
Team Spartans
Team Bogon
Team Jalen
Team Zahra
Team Golden Warriors
Team Basement
Team Wu Shu Ky
Team Desinov
Team Jalen Qawra
Team CHEKMATE
Team Fight Science
Team Kempo Karate
Team Conditioning
Team DBC
Team Golden Glory
Team Gozo Kickboxing