L-ispettaklu tas-Sibt filgħaxija għar-raba’ edizzjoni tal-Valletta Pageant of the Seas, paxxa lil kull min segwih, bi spettaklu kkulurit u mużika tal-widna.
L-avveniment fil-Port il-Kbir kien mimli attività u fl-istess ħin irrakkonta wkoll dak li għaddew minnu missirijietna u pajjiżna, tmenin sena ilu.
L-attività ħadet lil dawk preżenti lura fiż-żmien, sakemm fl-aħħar daħal fil-Port, dak li sal-lum il-ġurnata baqa’ magħruf bħala l-Konvoj ta’ Santa Marija.
F’kummenti ma’ one.com.mt, iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef, irringrazzja lill-mijiet ta’ persuni involuti fis-suċċess kbir tal-attività, fosthom il-ħaddiema tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.
Qal, “Dan l-isforz kollettiv wassal għal serata spettakolari, unika u maġika li bla dubju se tkompli ssaħħaħ il-legat tal-Valletta 2018”, qal iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta.