Il-Kunsill Lokali tal-Iklin qed jippreżenta lill-artist Josuel as Elvis bħala żagħżugħ mill-lokalità tal-Iklin mimli enerġija u talent fejn se jkun qed jagħti kunċert live fl-apert.
Waqt dan il-kunċert se jkunu wkoll esibiti vetturi Amerikani bil-kollaborazzjoni ta’ American Auto Club Malta fejn il-vetturi se jkunu skjarati on display matul Triq San Mikiel.
Il-ħsieb wara din l-attività huwa xprunat mill-istudju xjentifiku li sar riċentement mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà mill-Università ta’ Malta ‘Iklin Community Project’ sabiex il-Kunsill isaħħaħ l-identità tal-lokal, jara preċiż l-ħtiġijiet tal-lokal u dak li jixtiequ jaraw ir-residenti tal-Iklin.
L-investiment f’dawn l-attivitajiet, grazzi għall-opportunitajiet ta’ fondi disponibbli mill-Kunsill Reġjonali Lvant u fondi allokati mill-Kunsill Lokali L-Iklin qed itella’ avveniment ieħor sabiħ f’lejla sajfija.
Il-pubbliku u l-ammiraturi ta’ Elvis huwa mistiedna jingħaqdu għal dan l-avveniment fl-Iklin mingħajr ħlas nhar is-Sibt li ġej mis-7.30 p.m. ‘il quddiem.
Se jkun hemm ukoll ikel u xorb, filwaqt li d-divertiment huwa garantit.