Il-forzi tal-ajru Ukreni se jkunu fost l-ikbar attrazzjoniet li se jkun hemm waqt il-Malta International Airshow ta’ din is-sena.
Wirja li se tkun maqsuma f’żewġ sessjonijiet: waħda statika fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, u waħda fl-ajru li se ssir ‘l barra mix-xatt u li l-pubbliku huwa mistieden jaraha minn Smart City.
Peress li din hija l-ewwel darba li l-wirja bl-ajru se titgawda minn Smart City, tkellimna mal-President Joe Ciliberti, President tal-Malta Aviation Society, dwar l-aspett loġistiku.
Kellimna wkoll dwar dak li mistenni naraw, fl-avveniment li se jattira parteċipanti minn Malta, Franza, l-Italja, il-Polonja, l-Ukrajna, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti tal-Amerka.