Kollox jindika li l-Prinċep Harry u Meghan, id-Dukessa ta’ Sussex, se jkunu mistiedna għall-inkurunazzjoni tar-Re Karlu III.
Huma stess qalu li rċevew email dwar l-inkurunazzjoni li se ssir fis-6 ta’ Mejju, iżda ma kkonfermawx jekk humiex qed jippjanaw li jattendu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa mifhum li xi mistednin prospettivi qed jintalbu jniżżlu l-ġurnata fil-kalendarju, qabel l-istediniet uffiċjali li jintbagħtu aktar tard.
Buckingham Palace ma kkonferma xejn minn dan. Kienu bosta l-ispekulazzjoni dwar jekk il-koppja Harry u Meghah, li issa huma bbażati fl-Istati Uniti, hux se jkunu mistiedna, u jekk humiex se jattendu għall-inkurunazzjoni.