Tkompli l-ħidma kontra s-sewqan b’veloċità eċċessiva bil-pulizija jiġu mgħamra b’apparat li jkejjel il-veloċità li jistgħu jużawhom kullimkien. Dawn jissejħu speedguns tat-traffiku li ntużaw għall-ewwel darba l-Ħamis li għadda 14 ta’ Ġunju 2018 fejn f’ħin ta’ siegħa u nofs, inqabdu 65 sewwieq li kienu qed isuqu b’veloċità aktar milli suppost.
Il-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku bdew joperaw din is-sistema li mill-ġenb tat-triq tirreġistra l-veloċità ta’ kull vettura. Huma ġew imħarrġa fuq dan l-apparat sabiex jidraw iħaddmu din is-sistema. Twaħħlu wkoll tabelli li juru li hemm il-pulizija bl-ispeed guns. Dawn l-ispeed guns jintużaw ukoll f’toroq mudlama permezz tal-infra-red.
Statistika mill-Uffiċju Nazzjonali turi li s-sena li gġaddiet saru madwar 15,000 inċident tat-traffiku.