Nhar il-Ħadd li ġej, it-team ta’ Frame Football Malta se jkun qed jieħu sehem għall-ewwel darba f’tournament organizzat barra minn Malta, propju f’Saint George’s Park li jinsab f’Coventry.
F’pajjiżna, il-kunċett ta’ Frame Football beda fl-2016, bil-moħħ warajh tkun il-fiżjoterapista u Youth Minister Rita Darmanin Carbonaro. Din spjegat li t-tim Malti se jkun it-tim tal-kategorija bejn il-ħames snin u d-disa snin. Għandna erba players li ħa jiilghabu 4-a-side. Imma peress li hemm grupp li kien trenjat ukoll ta’ 18+, Malta ingħatat permess tipparteċipa f’kategorija spejċali, biex dawn jilgħabu wkoll mal-klabbs Ingliżi.
Fl-2016, Frame Football Malta ġie rikonoxxut bħala logħba tal-football u ġie uffiċjalment affiljat mal-Youth Football Association Malta.
Dan l-isports qed joffri opportunità sabiħa għat-tfal kollha bi bżonnijiet speċjali sabiex huma wkoll ikunu nvoluti fid-dinja sportiva, kif jixhed dak li rrakontat il-ġenitur ta’ wieħed mit-tfal Karen Buttigieg.
Fi kliemha: Għandhom opportunità illi jiltaqghu flimkien. Ġenerlament, fl-ambjent tal-iskola ikunu l-uniċi li għandhom diżabiltà jew wieħed mill-ftit. Hawnhekk jiltaqgħu kollha flimkien u għandhom l-istess abbiltajiet u jħossuhom ‘normali.
Frame Football Malta ma jikkonsistiex biss mit-tfal. Fil-fatt, fl-għaqda hemm grupp ta’ volontiera, fosthom fiżjoterapisti, kowċis tal-football, għalliema u volotiera oħra.
Għaqda li qed issib l-appoġġ ukoll tal-Gvern, li huwa kommess li jkompli jimbotta ‘l quddiem inizjattivi favur il-persun bi bżonnijiet speċjali, kif spjega s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis.
“Hija l-ewwel darba li Malta ħa tieħu sehem f’dan it-tournament internazzjonali. Għalina huwa achievement kbir għaliex permezz ta’ dan l-isport it-tfal jitgħallmu hafna skills: teamwork, jitgħallmu jqassmu, jitgħallmu jiddelegaw. Jitgħallmu ħafna skills li mbagħad jistgħu jużawhom fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Nahħseb kienet inizjattiva pożittiva mmens illi aħna ninkoraġġuha u nagħtuha l-appoġġ tagħna kollu.”