Il-President tal-Kunsill Globali għat-Tolleranza u l-Paċi, Ahmed Al Jarwan, ta ċertifikat ta’ apprezzament lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia, b’rikonoxximent għall-kontribut tiegħu f’pubblikazzjoni internazzjonali prestiġjuża.
Il-kontribut ta’ Speaker Farrugia, “Fostering Refugee Resilience: Global Perspective on Integration, Inclusion and Prosperity”, jidher f’ktieb rikonoxxut minn Scopus, li jindirizza sfidi globali dwar l-integrazzjoni tar-refuġjati u l-promozzjoni ta’ soċjetajiet inklussivi.
Anġlu Farrugia esprima l-apprezzament tiegħu għal dan il-ġest u sostna li l-impenn ta’ Malta lejn l-appoġġ għall-isforzi umanitarji u l-iżvilupp inklussiv kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.
Il-Kunsill Globali għat-Tolleranza u l-Paċi jibqa’ jmexxi inizjattivi biex isaħħaħ id-djalogu, il-fehim u l-paċi madwar id-dinja.