B’investiment ta’ miljun u seba’ mitt elf ewro ġiet inawgurata l-ewwel fażi tal-proġett ta’ restawr u tisbiħ fil-ġnien Romeo Romano f’Santa Venera.
Din il-parti tal-ġnien, li qabel ma kinitx aċċessibbli għall-pubbliku, qed iżżid madwar 4,000 metru kwadru ma’ dan l-ispazju miftuħ fil-qalba ta’ din iż-żona urbana. B’hekk ix-xogħol ta’ restawr wassal biex din il-parti tal-ġnien issa hija aċċessibbli u bla periku għall-viżitaturi.
Il-proġett inkluda wkoll bandli għat-tfal u żewġ decking areas, ippjanati biex jintegraw b’mod sostenibbli mal-istorja ta’ dan il-ġnien filwaqt li jinkorporaw in-numru kbir ta’ siġar taċ-ċitru maturi li kien hemm fil-post u 25 siġra ġdida oħra magħhom.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv, Richard Bilocca, spjega li t-tieni fażi ta’ dan il-proġett tikkonsisti fir-restawr tar-razzett l-antik f’dan il-ġnien biex isir ċentru ta’ tagħlim dwar l-ambjent għall-istudenti ta’ Ekoskola u għall-pubbliku.
Qal, “Żona li kienet ilha magħluqa, kemmxejn żdingata, huwa ġnien ta’ valur arkitettoniku kbir, li kien hawn xogħol kbir ta’ restawr, fejn ġew restawrati ħitan, pavimentar ġdid li jimxi mal-ispirtu arkitettoniku tal-ġnien, u saru diversi faċilitajiet oħra biex jagħmlu dan il-post aċċessibbli u sigur għal kulħadd.”
Bħala parti minn din ir-riġenerazzjoni, ġew irrestawrati l-ġibjun u l-kanali madwar is-siġra.
Il-Ministru responsabbli mill-Ambjent, Miriam Dalli, saħqet dwar l-importanza li n-nies ikollhom spazji ta’ rikreazzjoni viċin ir-residenza jew il-post tax-xogħol tagħhom.
Qalet, “Il-pjan tagħna huwa li nkomplu nibnu fuq dak li għamilna fl-aħħar xhur. S’issa ftaħna tmien ġonna, matul dawn l-aħħar xhur, u l-pjan tagħna huwa li nkomplu niftħu aktar spazji bħal dawn, biex inwettqu l-wegħda ta’ €700,000 investiment fuq seba’ snin għal aktar żoni ħodor fil-lokalitajiet tagħna.”
Fix-xhur li għaddew infetaħ Ġnien Victor Calvagna fil-Mosta, kif ukoll il-ġnien ġdid f’Misraħ is-Sebgħa ta’ Ġunju 1919, il-Ħamrun. Fost ix-xogħlijiet ta’ Parks Malta nfetħu wkoll pocket park ġdid f’San Ġwann u Ġnien ir-Rnella, il-Kalkara. Il-Gvern lesta wkoll ir-riġenerazzjoni tal-Ġnien tal-Mall, il-Furjana, u Ġnien il-Belvedere, il-Marsa.
Il-Gvern investa fil-konservazzjoni ta’ widien, siti tan-Natura 2000, u żoni oħra ta’ importanza naturali. Fost l-oħrajn, fl-2022, Parks Malta lestiet ir-riabilitazzjoni ta’ Wied Liemu, filwaqt li Ambjent Malta u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi kompliet il-proġett ta’ riabilitazzjoni fuq diversi snin f’Kemmuna.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv, Richard Bilocca, spjega kif it-tieni fażi ta’ dan il-proġett tikkonsisti fir-restawr tar-razzett l-antik f’dan il-ġnien biex isir ċentru ta’ tagħlim dwar l-ambjent għall-istudenti ta’ Ekoskola u għall-pubbliku.
“Żona li kienet ilha magħluqa, kemmxejn żdingata, huwa ġnien ta’ valur arkitettoniku kbir, li kien hawn xogħol kbir ta’ restawr, fejn ġew restawrati ħitan, pavimentar ġdid li jimxi mal-ispirtu arkitettoniku tal-ġnien u saru diversi faċilitajiet oħra biex jagħmlu dan il-post aċċessibli u sigur għal kulħadd.”
Bħala parti minn din ir-riġenerazzjoni, ġew irrestawrati l-ġibjun u l-kanali madwar is-siġra.
Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli, saħqet dwar l-importanza li l-individwi jkollhom spazji ta’ rikreazzjoni viċin ir-residenza jew il-post tax-xogħol tagħhom.
“Il-pjan tagħna huwa li nkomplu nibnu, fuq dak li għamilna fl-aħħar xhur. S’issa ftaħna tmien ġonna, matul dawn l-aħħar xhur, u l-pjan tagħna huwa li nkomplu niftħu aktar spazji bħal dawn, biex inwettqu l-wegħda ta’ €700,000 investiment fuq seba’ snin għal aktar żoni ħodor fil-lokalitajiet tagħna.”
Fix-xhur li għaddew infetaħ Ġnien Victor Calvagna fil-Mosta, kif ukoll il-ġnien ġdid f’Misraħ is-Sebgħa ta’ Ġunju 1919, il-Ħamrun. Fost ix-xogħlijiet ta’ Parks Malta, infetħu wkoll pocket park ġdid f’San Ġwann u Ġnien ir-Rnella, il-Kalkara. Il-Gvern lesta wkoll ir-riġenerazzjoni tal-Ġnien tal-Mall, il-Furjana, u Ġnien il-Belvedere, il-Marsa.
Il-Ministeru tal-Ambjent investa fil-konservazzjoni ta’ widien, siti Natura 2000 u żoni oħra t’importanza naturali. Fost oħrajn, fl-2022, Parks Malta lestiet ir-riabilitazzjoni ta’ Wied Liemu, filwaqt li Ambjent Malta u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi kompliet il-proġett ta’ riabilitazzjoni fuq diversi snin f’Kemmuna.