Spazju Kreattiv nieda l-istraġun il-ġdid tiegħu għall-2021/22, li fih aktar minn ħamsa u ħamsin avveniment, tlett mija u ħamsin kollaboratur u sbatax-il forma kreattiva.
Id-diversità tal-proġetti se tirrifletti bosta aspetti soċjo-politiċi li jipprovdu opportunitajiet professjonali varji għall-artisti.
Id-direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv, Daniel Azzopardi saħaq li huma jinsabu impenjati biex ikomplu jappoġjaw il-komunità kreattiva, filwaqt li ikomplu Iħeġġu lill-pubbliku biex jipparteċipae b’ mod attiv f’ din l-esperjenza artistika.
Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kreattività, Rupert Cefai stqarr li waqt il-pandemija, Spazju Kreattiv baqa’ għaddej anke meta kull probabbiltà kienet kontrih.
Cefai qal, “Huwa importanti għax fl-aħħar mill-aħħar, Spazju Kreattiv huwa ċentru naturali tal-Kreattività f’pajjiżna, jiġifiri hawnhekk għandek sbatax-il forma ta’ proġetti li għadna ħa nkunu qed naraw, tuwl is-sena kollha fost l-aqwa li jista jipprovdi dan il-pajjiż”.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali José Herrera, spjega li l-pandemija għenet lin-nies jirrealizzaw l-importanza tal-arti u l-kultura.
Herrera qal, “Għandhom programm twil, oriġinali, b’kollaborazzjoni ma ‘il fuq minn tlett mija u ħamsin artist ieħor li ħadhu parti. Naturalment qed jagħmlu sforz kbir, u tkun apprezata ħafna naturalment li l-poplu jipparteċipa kif dejjem ipparteċipa biex jitgħallem u jiddeverti”.