Il-misteri tal-piramidi approfondew bl-iskoperta’ ta’ dak li jidher li huwa “spazju kbir vojt” ġewwa l-piramida ta’ Khufu, li hija wkoll l-akbar piramida fl-Eġittu.
Mhuwiex magħruf għalfejn il-kavità teżisti jew jekk tabilħaqq fhijiex oġġetti ta’ valur għaliex mhuwiex faċli li persuna taċċessaha.
Xjenzati Ġappuniżi u Franċiżi wżaw teknika msejħa ‘muografija’, li biha wieħed jista’ jinduna b’bidliet fid-densità ġewwa strutturi kbar tal-blat.
Il-Piramida ta’ Khufu, magħrufa wkoll bħala l-Piramida l-Kbira, inbniet matul il-renju ta’ Pharaoh Khufu bejn 2509 u 2483 Q.K.
Din il-piramida hija magħrufa għat-tliet kmamar kbar li fiha, flimkien ukoll mas-sensiela ta’ passaġġi impresjonanti, bl-aktar wieħed minnhom iġib tul ta’ xejn anqas minn 47 metru, u forma ta’ sala kbira b’ħajt għoli tmien metri.
Il-karatteristika li għadha kemm ġiet identifikata tinsab direttament fuq din is-sala u għandha qisien simili.