Kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta u l-bank APS wasslet għall-bini ta’ kabina ġdida fl-Università li se toffri spazju għall-istudenti.
Dan l-ispazju se jkun jista’ jintuża mill-istudenti waqt l-istudji tagħhom, kemm biex jaħdmu kif ukoll biex jirralssaw xi ftit.
Ir-rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella, spjega li proġetti bħal dawn huma importanti għall-Università, jgħinu biex ikun hemm edukazzjoni kontinwa lil hinn mill-lezzjonijiet fil-klassi.
Il-Kap Eżekuttiv tal-bank, Marce Cassar, qal ukoll li l-APS qed jipprova jħaddan aġenda li jippjana għall-futur fejn tidħol tas-sostenibbiltà tal-ambjent.
It-tnejn awguraw għal aktar kollaborazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet.