Tard is-Sibt filgħodu il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-binja l-ġdida ta’ Kinetic Dance Academy fil-Fgura.
F’dawra mal-post flimkien mal-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici, seta’ jara l-ispazju komdu u l-ambjent professjonali li issa huwa disponibbli għaż-żeffiena kollha li jattendu.
Tkellimna mad-diretturi ta’ din l-akkademja li esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal dan il-ftuħ uffiċjali wara żmien ta’ xogħol u ħidma bla waqfien.
Clayton Mifsud qal “Jien u Daphne erba’ snin ilu wellidna l-iskola kinetic. Konna Kinetic Dance studio. Fi żmien erba’ snin investejna biex illum nistgħu ngħidulha illi hija akkademja. Investejna ħafna flus biex dawn it-tfal li qed taraw warajna jkollhom post attraenti u professjonali kemm jista’ jkun.”
Clayton u Daphne tennew ukoll li dan il-ftuħ uffiċjali huwa pass ieħor sabiex l-ambizzjonijiet tagħhom għall-futur isiru realtà.
Sostnew kif “L-ewwel nett nieħdu din l-opportunita biex ngħidu li dan is-suċċess tagħna mhux biss ingawduh jien u Daphne imma jgawduh ukoll l-għalliema tagħna illi forsi minjaf ‘il quddiem forsi jkunu full timers magħna u wkoll kemm jista’ jkun li noħolqu l-aqwa żeffiena fuq din il-gżira.”
Ma setax jonqos li tul iż-żjara tiegħu il-Prim Ministru iltaqa’ ma’ tfal u għalliema li jattendu din l-akkademja u saħansitra inaqgħad ma’ wħud mill-klassijiet sabiex jittieħed ritratt memorabbli tal-okkażjoni.