Ħaddiema fil-Belt Valletta kellmunadwar qtugħ ta’ dawl li għall-bidu kien maħsub li kien kawża ta’ nirien f’kantina.
Il-Pulizija kkonfermat li huwa minnu li seħħ incident żgħir, iżda l-kawża kienu ‘sparks’ li ħarġu minn swiċċijiet f’kantina fi triq il-Mitħna l-Antika, fil-Belt Valletta.
Rappreżentant tal-Enemalta qal li kollox jindika li l-qtugħ ta’ dawl ma kienx f’parti kbira mill-Belt, iżda aktarx fi triq waħda.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħadmu biex titranġa s-sitwazzjoni u ma jseħħx inċident ikbar.