Persuna fetħet in-nar fuq grupp ta’ nies li kienu qed isewgu t-taħriġ ta’ logħba baseball, f’subborġ ta’ Washington.
Fost dawk midruba kien hemm il-whip tal-Partit Reppublikan Steve Scalise li ntlaqat minn tiri iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
Żewġ uffiċjali tal-Pulizija wkoll ġarrbu xi ġrieħi wara li ppruvaw jirreaġixxu u jiddefendu lil dawk preżenti mill-agressur li kien fost il-ħames persuni li ttieħdu l-isptar.
S’issa għadu mhux magħruf il-mottiv wara dan l-attakk.