Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Wied il-Għajn u raġel ta’ 30 sena mill-Gżira qed jinżammu arrestati wara li kienu involuti f’argument li fih intużaw sikkina u arma tan-nar u allegatament ġew sparati numru ta’ tiri.
Il-każ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu fi Triq in-Nadur f’Wied il-Għajn. Fuq il-post marru l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett.
Minn fuq il-post il-pulizija elevat numru ta’ skrataċ, waqt li l-akwati ngħalqu sakemm sar l-istħarriġ.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u tad-Distrett.
Il-Magistrat tal-Għassa Victor Axiaq ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.