Paniku viċin il-White House wara li raġel deher armat u uffiċjal tas-servizz sigriet sparalu u kkawżalu diversi ġrieħi. Uffiċjali tal-pulizija qalu li r-raġel resaq lejn il-grada tas-sisgurtà u sparawlu wara li ntalab iniżżel l-arma li kellu u rrifjuta.
Minn hemm ir-raġel ittieħed immedjatament l-isptar bl-ewwel indikazzjonijiet juru li ntlaqat f’sidru. Jidher li hekk kif kienu għaddejin dawn l-iżviluppi l-White House ingħalqet għal kollox f’uffiċjali tas-servizz sigriet jassiguraw li l-Viċi-President Joe Biden kien protett. F’dak il-ħin il-President Obama ma kienx fil-post.