Il-Pulizija Torka arrestat tnax–il persuna waqt rejds f’Istanbul.
Dan f’operazzjoni ta’ tfittxija ma’ taqta’ xejn biex jinstab l-aggressur li fis-sigħat bikrin tal-ewwel jum tas-sena qatel 39 persuna f’post tad-divertiment.
Id-Deputat Prim Ministru tat-Turkija qal li l-awtoritajiet għandhom f’idejhom il-marki tas-swaba’ tal-aggressur, u wiegħdu li se jkun identifikat fi żmien qasir.
Fil-midja Torka qed jiċċirkolaw rapporti li jissuġġerixxu li l-awtoritajiet jafu l-identità tar-raġel u m’għamluhiex pubblika.
Intant, il-Pulizija Torka ppubblikat ritratti ta’ raġel li qed jingħad huwa l-protagonist fl-attakk; liema attakk refgħu r-responsabbiltà għalih l-Militanti tal-iStat Iżlamiku.