20 persuna nqatlu u 26 oħra ndarbu fi sparatura fil-belt ta’ Texas, El Paso. Dan il-massakru tal-massa ġara fl-istabilliment Walmart ftit mili ‘l bogħod mill-fruntiera bejn l-Amerka u l-Messiku. Waqt il-ħin tal-isparatura, kien hemm għadd ta’ nies jixtru affarijiet biex jippreparaw għal sena skolastika oħra.
Il-midja Amerikana identifikat lis-suspettat huwa Patrick Crusius, ġuvni ta’ 21 sena, u li jinsab taħt arrest preventiv b’rabta ma’ dan il-każ. Crusius huwa mill-belt Allen fiż-żona ta’ Dallas.
Il-Gvernatur ta’ Texas, Greg Abbott, iddeskirva dan il-massakru bħala waħda mill-aktar ġranet fatali fl-istorja tal-istat li jirrapreżenta.
Intant, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela fi tweet esprima d-dispjaċir tiegħu għal dan l-attakk. Filwaqt li empatizza mal-qraba tal-vittmi.
Shocked to learn of the #ElPasomallshooting where many individuals incl. families were passing their Saturday morning. Our thoughts and prayers are with the families of the victims and the injured as we condemn such heinous acts of violence against communities. @SecPompeo
— Carmelo Abela (@AbelaCarmelo) August 4, 2019
Ritratt: EPA