Il-Pulizija Amerikana identifikat lill-qattiel fi sparatura fil-belt ta’ Louisville, li waslet biex inqatlu ħames persuni, bħala Connor Sturgeon.
Il-qattiel huwa żagħżugħ ta’ 23 sena li kien ilu impjegat fl-istess bank, f’din il-belt fl-istat Amerikan ta’ Kentucky, mis-sena l-oħra.
F’din l-isparatura kien hemm disa’ persuni oħra li ndarbu.
Il-Pulizija ta’ Kentucky qalu lill-midja li l-qattiel, li xandar dan il-massakru dirett fuq il-midja soċjali, inqatel fuq il-post.
Intqal li l-ħames vittmi f’din l-isparatura għandhom bejn 45 u 64 sena.
Ritratti: Reuters