Il- Membru Parlamentari Laburista Jo Cox sofriet ġrieħi gravi wara li sparawla ġewwa Birstall, West Yorkshire. Dan qalitu persuna li kienet fuq il-post tal-inċident.
Cox ġiet eletta bħala Membru Parlamentari għal Batley and Spen fl-elezzjoni ġenerali tal- 2015 u hija omm ta’ żewġ ulied.
Il-persuna li kienet fuq il-post qalet li l-mara ta’ 41 sena tħalliet fuq il-bankina bid-dmija nieżla.
L-attakk seħħ qrib il-librerija tal-belt fejn hija tagħti pariri kirurġiċi.
Il-pulizija għaddejja bl-investigazzjoni fuq il-post.