Il-Pulizija Amerikana arrestaw ġuvni ta’ 19-il sena wara li s-Sibt spara tiri f’Sinagoga F’San Diego, Kalifornja. L-isparatura saret waqt li kienu qed isiru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Passover fis-Sinagoga u li s’issa ħalliet persuna mejta u bosta oħrajn midruba.
Kien il-ġuvni stess li ċempel lill-pulizija li għarrafhom b’dak li kien għamel u saħħansitra tagħhom l-informazzjoni ta’ fejn kien jinsab.
Erbgħa persuni ttieħdu fiċ-Ċentru Mediku f’Pomway u kkonfermaw li mara ta’ 60 sena mietet fl-isptar filwaqt li l-pazjenti l-oħra qed jiġu kkurati għall-ġrieħi li ġarbu.
Din l-isparatura saret sitt xhur wara li attakk simili ħalla ħdax-il persuna mejta f’Sinagoga f’Pittsburgh u li kien meqjus bħala l-agħar attakk anti-semitiku fl-istorja riċenti tal-Istati Uniti.
Il-Pulizija għadha ma kkonfermatx x’kien il-mottiv wara dan l-attakk, iżda l-President Amerikan, Donald Trump qal li l-attakk qed jiġi ssuspettat bħala delitt ta’ mibgħeda. Filwaqt li offra s-simpatija tiegħu lil dawk affetwati minn dan l-attakk.