Żewġ persuni nqatlu filwaqt li oħrajn sfaw midruba waqt attakk li sar fl-Università ta’ Kalifornja f’ Los Angeles. Attakk li jista’ jkun wieħed suwiċidja hekk kif huwa maħsub li wieħed mill-vittmi huwa s-suspettat.
L-Università ngħalqet mill-Pulizija hekk kif bdew it-tfittxijiet għas-suspettat, li jekk mhux il-vittma huwa mifhum li għadda fil-bini tal-Universita’.
L-attakk sar għall-ħabta tal-għaxra neqsin ħamsa ħin Amerikan tal-Erbgħa filgħaxija.
Dawk li għadhom fl-Università qed jiġu mwissija mill-Pulizija biex jibqgħu fil-bini u jistaħbew f’partijiet differenti tal-Università u ma’ jippruvawx jaħarbu għaliex jista’ jkun hemm konsegwenzi agħar.
Il-belt ta’ Los Angeles tinsab fuq alert bħala prekawzjoni minn attakki oħra.
L-operazzjoni mill-Pulizija fuq il-post hija waħda kbira hekk kif ingħaqdu diversi aġenti fosthom l-FBI u dipartementi oħra ta’ sigurtà. Din l-Università hija kbira 400 tomna u għalhekk tagħmilha iżjed diffiċli biex tiġi kkontrollota s-sitwazzjoni.