Ġie arrestat ir‑raġel suspettat li fetaħ in‑nar fl-ajruport fin‑Nofsinhar ta’ Florida u li bl-isparatura ħalla ħames persuni mejta u tmienja oħra midruba.
Ir-raġel hu Esteban Santiago, ta’ sitta u għoxrin sena li kien suldat fl‑Iraq.
Skont ix‑xhieda, Santiago beda jimmira direttament f’ras il‑vittmi f’Terminal 2, fejn jinġabru l‑bagalji.
Sa issa, rriżulta li s-suspettat kien ibati minn problemi mentali u fix‑xhur li għaddew mar għall‑kura fi sptar psikjatriku.
Dan minkejja li l-uffiċjali għadhom ma eskludewx li dan seta kellu mottivi ta’ terroriżmu.