Fl-Iżvizzera għaddejja tfittxija għal raġel li qatel żewġ persuni u darab persuna oħra fil-villaġġ ta’ Sion fin-naħa t’isfel tal-pajjiż.
Il-Pulizija fir-reġjun ta’ Valois qalu li l-aggressur spara diversi tiri t-Tnejn filgħodu.
L-isparaturi seħħew f’żewġ żoni differenti tal-villaġġ.
Is-suspettat, Robin Sebastien ta’ sitta u tletin sena, qed ikun deskritt bħala perikoluż, u l-Pulizija qalu li ħadd m’għandu jersaq lejh.
Il-Pulizija żiedu li l-ewwel investigazzjonijiet juru li l-aggressur kien jaf lill-vittmi, minkejja li l-mottiv wara dan l-attakk mhux magħruf.
Fil-villaġġ hemm diversi road blocks f’attentat biex l-allegat aggressur ma jitħalliex jitlaq mill-pajjiż.
Din il-belt tinsab viċin il-fruntiera mal-Italja.