Il-ġurnalist Messikan, Jacinto Romero Flores inqatel wara sparatura fatali, il-Ħamis.
L-aġenzija tas-sigurtà tal-Messiku qalet kif il-pulizija bdiet operazzjoni wara l-qtil.
Il-ġurnalist kien jaħdem fuq stazzjon tar-radju fil-Messiku.
Is-sena l-oħra fil-Messiku nqatlu disa’ ġurnalisti, waqt li din is-sena nqatlu minn tal-inqas ħames ġurnalisti f’dan l-istess pajjiż.
Statistika fuq il-midja internazzjonali tgħid kif mis-sena 2000 nqatlu 141 ġurnalist minħabba xogħolhom.