B’rabta mal-isparatura tal-Ħamis filgħaxija fil-Mellieħa l-Pulizija qalet li hemm raġel imfittex li jismu Aidan Bartolo u ppubblikat ritratt tiegħu.
Il-Pulizija qed tagħmel appell biex kull min għandu informazzjoni, anki b’mod anonimu, jgħaddiha lill-Pulizija, biex dan ir-raġel jinqabad.
Il-Pulizija qalet li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u tal-Ispecial Intervention Unit kienu qed jissorveljaw il-passi ta’ Bartolo, li kien f’vettura.
Dan bħala parti minn operazzjoni relatata ma’ rejd tad-droga.
Fil-by-pass tal-Mellieħa Bartolo intebaħ bil-Pulizija jsusu warajh.
Kien hawn li huwa saq għal fuq il-vetturi tal-Pulizija, bil-Pulizija tispara tiri fid-direzzjoni tal-karozza tat-tip Mazda Demio biex ir-raġel jitwaqqaf.
F’dan il-mument Bartolo ħareġ mill-vettura u ħarab bil-ġiri lejn il-Miżieb.
Fl-inħawi msemmija, ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta deher jittajjar fil-baxx u t-tfittxijiet għar-raġel għadhom għaddejjin.
AQRA WKOLL